Ekoskola Committee

Ekoskola Committee

Thursday 23 February 2012

Kummenti

Irranġajt biex kulħadd ikun jista' jikkummenta, anke dawk li m'humiex membri.

Tiddejqux tiktbu anke jekk taħsbu li ma jgħoddux ċertu ideat. Ma tistgħux tgħidu biex nistgħu noħorġu!

Ms Azzopardi (Ecoskola Coordinator)

Ideat dwar l-ilma

Hawnhekk iktbu l-ideat li tistgħu dwar kif nistgħu nnaqsu l-ilma.

Idea li ħriġna biha huwa li nagħmlu tank fejn nistgħu niġbru l-ilma tax-xita u nużawh biex insaqqu l-pjanti kif ukoll għal xi ħasil.

Ġenituri, għalliema u tfal: Għandna bżonn lilkom biex inkomplu noħorġu bl-ideat u ntejbu l-iskola tagħna.

Grazzi

Tuesday 21 February 2012

What to recycle and what not



Membri tal-Kumitat

President: Kyle (Year 6)

Vice President: Larisa (Year 6)

PRO: Alessandro (Year 4)

Vice PRO: Nigel (Year 4)

Secretary: Raisa Marie (Year 5)

Vice Secretary: Mikas (Year 5)

Updating Ecoskola Board: Naomi (Year 3)

Other Members:
 Cleavan (Year 3), Jaick (Year 2), Shania (Year 2) , Alessian (Year 1) and Alehandra (Year 1)

Helpers: Leanne (Year 5) and Sean (Year 4)

Il-Minuti ta' Frar

1. L-ILMA

Iddeċidejna li għandna naħdmu ħafna fuq l-ammont tal-ilma li qed jinħela. Għalhekk:

a) Bdejna niċċekjaw meter tal-ilma. Nigel u Alessandro staqsew u sabu fejn qiegħed fl-iskola

L-ewwel reading kien: 0515745
It-tieni reading kien: 0518260
It-tielet reading kien: 0522777

Dan ifisser li bejn l-ewwel u t-tieni kien hemm differenza ta' 2515 u bejn it-tieni u t-tielet kien hemm 2258.

Biex naqas?

 b) Inqegħdu water hippos fit-toilets tal-iskola kollha. Dan ħadilna 2 sessions tal-Ekoskola meetings iżda kien riżultat tajjeb għax rajna differenza ċkejkna fl-ammont li qed neħlu.

Il-water hippos saru biex meta l-flushing jibda jimtela, bihom ma jimteliex sa fuq nett minħabba l-volum tal-ilma. Dan inaqqas l-ammont tal-ilma li jinħela u t-toilet xorta jitnaddaf sew.

ċ) Cleavan u Naomi jiċċekjaw il-vitijiet kuljum fiż-żewġ brejks biex jaraw isibux xi vit miftuħ. Ġieli sabu! u għalhekk...

d) Qed naħdmu wkoll biex nedukaw iktar lill-iskola - nibdew mill-istudenti, l-istaff u caretakers, iżda wara beħsiebna anke ninkludu lill-ġenituri.

2. RIĊIKLAĠĠ TAJJEB

a) Kuljum, Raiza u Leanne kif ukoll Larisa jduru l-klassijiet biex jiċċekjaw humiex jirriċiklaw tajjeb. Mhux dejjem qed isir u fil-fatt qed nieħdu xi ritratti.

b) Mikas u Kyle tkellmu mal-purtinari biex id-dustbin tal-karti nieħdu ħsiebu kull klassi li nbattluh.

ċ) Ordnajna dustbins biex jgħinuna iktar naqsmu u nirriċiklaw - karti, plastik u affarijiet oħra. Irridu nitkellmu wkoll mal-head sabiex nixtru compost bin.

d) Qed naħdmu wkoll biex nedukaw lill-iskola kif għidna f'tal-ilma.

3. Ma dawn nixtiequ wkoll insebħu lill-iskola. Iżda hawn għadna bżonn l-għajnuna tagħkom.


ĠIBU XI PJANTI JEW PINĠU XI POSTERS SABIEX NGĦALLMU DWAR L-ILMA U L-AMBJENT NADIF.


Merħba!

Il-kumitat tal-Ekoskola ġie mtellgħa mill-istudenti ta' Ħal Qormi San Ġorġ sabiex jaħdem favur l-ambjent. Dan il-blog ħloqnieh sabiex inkunu nistgħu nikkomunikaw aħjar u ninkludu iktar l-iskola kollha. Għalhekk tiddejqux tiktbu l-kummenti tagħkom u tatu l-ideat!

Eco Code

Conservation

Clean and green should always be seen!

Oceans don't need lotions.

No rain, no grain...use your brain!

Save a tree, let it be free!

Earth mustn't be full of dirt.

Reuse the past...Recycle the Present...Save the future!

Vegetables are nice so be sure to have a slice.

Each dead flower has no power!