Ekoskola Committee

Ekoskola Committee

Thursday 22 March 2012

Dustbins fl-iskola tagħna

Dawn huma t-tip ta' dustbins li ser ikollna f'kull klassi. Nibżgħu għalihom!




Ritratti ta' xogħol li nagħmlu fl-Ekoskola

Dawn huma xi wħud mir-ritratti li nieħdu waqt li nkunu qed naħdmu:












Reading tal-Water Meter

L-ewwel reading kien: 0515745
It-tieni reading kien: 0518260


Differenza ta': 2515 (1 week)

It-tielet reading kien: 0522777 



Differenza ta': 4517 (2 weeks)


Ir-raba' reading kien: 0534416


DifferenzA ta': 11639 (4 weeks) - hawnhekk tlifna reading iżda tiġi li bejn wieħed u ieħor qed naħlu l-istess ammont.


IT-TOILETS T'ISFEL LI JINTUŻAW MILL-KINDERGARTEN U YEAR 1 QED INSIBU VITIJIET BL-ILMA NIEŻEL. L-GĦALLIEMA GĦANDHOM JIĊĊEKJAW FTIT LI L-ISTUDENTI QED JAGĦLQUHOM GĦALIEX QED ISIR ĦAFNA ĦELA.

22 ta' Marzu 2012

Illum kellna l-laqgħa tal-Ekoskola bħas-soltu u tellgħajna xogħol mhux ħażin. Iddeċidejna li nagħmlu priorita lil dak l-affarijiet li għandna bżonn fl-iskola.

1. Dustbins tar-riċiklaġġ fil-klassi (Grazzi għall-kap tal-iskola u l-coordinators, ser inġibu 3 bins għal kull klassi. Nispjegaw kif ser jinqassmu iktar tard).

2. Compost bin sabiex ngħinu l-ambjent iktar - qxur ta' frott u ikel jista' jitqiegħed ġo dan il-bin u jitħallat mal-ħamrija bħala nutrienti.

3. Nedukaw fl-iskola u l-madwar sabiex inkunu nafu iktar x'għandna nagħmlu biex ngħinu l-ambjent.

4. Pjanti biex inżejnu iktar l-iskola

5. Washers mal-vitijiet biex ma jkunx hemm iktar leaks u jonqos l-ammont ta' ilma li joħroġ.

6. Tank biex jinġabar l-ilma tax-xita.

Illum waħħalna wkoll xi banners madwar l-iskola u għamilna użu tajjeb minn kaxxi tal-kartun minflok użajna charts. Dan għandu jsir ukoll fil-klassi meta niġu għal xi krafts.

Monday 19 March 2012

Food needs water!!

World Water Day - Our Food needs a lot of water!!!





What this video...

World Water Day


Tpinġija jew banner dwar World Water Day

INĦEĠĠEĠ LIL KULĦADD BIEX JIPROVA JAGĦMEL BANNER/TPINĠIJA JEW XI ĦAĠA SIMILI BIEX NIRRAPREŻENTAW WORLD WATER DAY - L-IMPORTANZA TAL-ILMA.

BĦALA KUMITAT TAL-EKOSKOLA, NAPPREZZAW LI X-XOGĦOL MA JSIRX MINNA BISS IŻDA LI NSIBU L-GĦAJNUNA TAGĦKOM UKOLL.

GRAZZI.

World Water Day

Links oħra li jitkellmu dwar World Water Day:

http://www.ewp.eu/3649/22-03-2012-world-water-day-2012-water-and-food-security/

http://en.wikipedia.org/wiki/World_Water_Day

http://waterday.org/



World Water Day

Din il-link t'hawn taħt turi x'ser jiġri nhar il-Ħamis 22 ta' Marzu f'Malta, f'World Water Day. Għall-membri tal-Ekoskola fittxu dwarha sew. Inħeġġeġ lil kulħadd studenti, għalliema u ġenituri biex jipparteċipaw fejn jistgħu. Hemm anke xi donazzjonijiet li nistgħu nagħtu. Ħafna pajjiżi ser jipparteċipaw f'mixja, Malta hija waħda minnhom. Jekk ma tistgħux tieħdu sehem, edukaw ruħkom ħa tkunu tafu iktar dwar l-ambjent ta' madwarna.


WORLD WATER DAY


Dustbins u pjanti

Għeżież studenti tal-Ekoskola:

Dan l-aħħar mort indur ftit għal dustbins u anke xi pots għall-pjanti. Jekk nistaqsu u nġibu għall-iskola kollha naħseb li niħduhom bi prezz tajjeb. L-aħjar li niddiskutuha fil-laqgħa li ġejja u nniżżlu l-prioritajiet li hemm bżonn.

Narakom nhar il-Ħamis. Skużawni li ma stajniex niltaqgħu nhar il-Ħamis li għadda.

Ms Azzopardi

Thursday 1 March 2012

Punti li qed nosservaw

Għalkemm għamilna l-water hippos u qed naraw li ma nsibux vitijiet miftuħin, il-water meter matul dawn il-ġimagħtejn wera li qed jinħela iktar minn qabel. Matul dawn il-ġimagħtejn ħarġu dawn il-punti u għalhekk tajjeb li kulħadd jiprova jimxi ma' din il-gwida@

ARAW LI L-VIT QED TAGĦLQUH SEW U ĦUDU ĦSIEB IL-ĦELA


TINSEWX LI L-BINS IRRIDU NBATTLUHOM BĦALA KLASSI MHUX INQABBDU LIL TAL-EKOSKOLA JEW PURTINARI


ĦUDU ĦSIEB IKTAR KIF QED TIRRIĊIKLAW. TISSUES IMORRU FIL-BINS IN-NORMALI

1 ta' Marzu 2012

Illum erġajna kellna laqgħa tal-Ekoskola u ddiskutejna l-punti li ġejjin:

1. Minflok nixtru tank għall-ilma, għalissa nużaw bramel meta tagħmel ix-xita u nimlew lilhom.

2. Inħeġġu iktar tfal sabiex iġibu xi pjanti żgħar.

3. Hemm bżonn ta' washers sabiex inkunu nistgħu nirranġaw il-vitijiet u ma jibqgħux iqattru.

4. Ma nużawx ħafna charts fil-klassijiet iżda għandna nużaw cereal boxes li nsibu ħafna minnhom fid-djar tagħna.