Ekoskola Committee

Ekoskola Committee

Monday 24 September 2012

Ekoskola 2012

Nixtieq ngħid lill-membri li jekk huma ma jixtiqux li joħorġu mill-grupp tal-Ekoskola, għandhom iċ-ċans għal sena oħra jibqgħu fih. L-elezzjonijiet se jsiru biss għal dawk li ma jixtiqux jibqgħu u għall-klassijiet tal-Year 1 bi studenti ġodda.

Jista' jkun li matul is-sena jkollna bżonn xi helpers u għalhekk ninnominaw xi studenti minn klassijiet differenti.

Grazzi tal-kooperazzjoni u l-entużjażmu lejn EkoSkola

Ms Azzopardi

Saturday 8 September 2012

Silver Award


Nissieħbu għal sena oħra flimkien!

B'unur nixtieq ngħidilkom li l-iskola tagħna - Qormi San Ġorġ, ħadet is-Silver Award fl-Ekoskola! Meta konna wasalna fl-aħħar laqgħat tas-sena, bħala kumitat iddeċidejna li napplikaw għall-Bronze Award, iżda f'dawn l-aħħar ġranet irċivejt li ħadna Silver Award minflok Bronze għax ħassew li ħdimna ħafna matul is-sena!

Waqt li ngħid prosit lil kulħadd - il-kumitat, Ms Pace, l-għalliema, l-istudenti u anke ġenituri, fis-sena li ġejja nixtieq li nkomplu naħdmu mhux biss biex inżommu Silver Award, iżda wkoll nippuntaw lejn il-Green Flag, l-aqwa Award li tista' tieħu l-iskola.

Grazzi mill-qalb!
Narakom ma ndumx!

Ms Azzopardi