Għeżież studenti, għalliema u ġenituri,
Fl-aħħar laqgħa tal-Ekoskola li kellna, ddiskutejna l-importanza li kulħadd ikun jaf iktar dwar l-ambjent u l-użu tal-ilma. Għalhekk ħsibna li nibdew mill-iskola tagħna. Matul dawn il-laqgħat li ġejjin, ser nippreparaw 'talks' li ser nagħmlu lill-iskola iżda ninfurmawkom iktar fid-dettal fil-ġimgħat li ġejjin. Jekk hemm xi ideat li tixtiequ ttuna dwar dawn it-talks, bħal pereżempju ninkludu xi punti li taħsbu huma importanti, jew xi messaġġ li tixtiequ tgħaddu lil sħabkom dwar l-ambjent, inħeġġukom tibagħtu l-kummenti tagħkom bħas-soltu.
Grazzi - mit-tim tal-Ekoskola.