Ekoskola Committee

Ekoskola Committee
Showing posts with label Kummenti. Show all posts
Showing posts with label Kummenti. Show all posts

Monday, 24 September 2012

Ekoskola 2012

Nixtieq ngħid lill-membri li jekk huma ma jixtiqux li joħorġu mill-grupp tal-Ekoskola, għandhom iċ-ċans għal sena oħra jibqgħu fih. L-elezzjonijiet se jsiru biss għal dawk li ma jixtiqux jibqgħu u għall-klassijiet tal-Year 1 bi studenti ġodda.

Jista' jkun li matul is-sena jkollna bżonn xi helpers u għalhekk ninnominaw xi studenti minn klassijiet differenti.

Grazzi tal-kooperazzjoni u l-entużjażmu lejn EkoSkola

Ms Azzopardi

Sunday, 15 April 2012

12 ta' April 2012 - Talks lill-iskola

Għeżież studenti, għalliema u ġenituri,

Fl-aħħar laqgħa tal-Ekoskola li kellna, ddiskutejna l-importanza li kulħadd ikun jaf iktar dwar l-ambjent u l-użu tal-ilma. Għalhekk ħsibna li nibdew mill-iskola tagħna. Matul dawn il-laqgħat li ġejjin, ser nippreparaw  'talks' li ser nagħmlu lill-iskola iżda ninfurmawkom iktar fid-dettal fil-ġimgħat li ġejjin. Jekk hemm xi ideat li tixtiequ ttuna dwar dawn it-talks, bħal pereżempju ninkludu xi punti li taħsbu huma importanti, jew xi messaġġ li tixtiequ tgħaddu lil sħabkom dwar l-ambjent, inħeġġukom tibagħtu l-kummenti tagħkom bħas-soltu.

Grazzi - mit-tim tal-Ekoskola.

Thursday, 22 March 2012

Reading tal-Water Meter

L-ewwel reading kien: 0515745
It-tieni reading kien: 0518260


Differenza ta': 2515 (1 week)

It-tielet reading kien: 0522777 



Differenza ta': 4517 (2 weeks)


Ir-raba' reading kien: 0534416


DifferenzA ta': 11639 (4 weeks) - hawnhekk tlifna reading iżda tiġi li bejn wieħed u ieħor qed naħlu l-istess ammont.


IT-TOILETS T'ISFEL LI JINTUŻAW MILL-KINDERGARTEN U YEAR 1 QED INSIBU VITIJIET BL-ILMA NIEŻEL. L-GĦALLIEMA GĦANDHOM JIĊĊEKJAW FTIT LI L-ISTUDENTI QED JAGĦLQUHOM GĦALIEX QED ISIR ĦAFNA ĦELA.

Monday, 19 March 2012

Food needs water!!

World Water Day - Our Food needs a lot of water!!!





What this video...

World Water Day


Tpinġija jew banner dwar World Water Day

INĦEĠĠEĠ LIL KULĦADD BIEX JIPROVA JAGĦMEL BANNER/TPINĠIJA JEW XI ĦAĠA SIMILI BIEX NIRRAPREŻENTAW WORLD WATER DAY - L-IMPORTANZA TAL-ILMA.

BĦALA KUMITAT TAL-EKOSKOLA, NAPPREZZAW LI X-XOGĦOL MA JSIRX MINNA BISS IŻDA LI NSIBU L-GĦAJNUNA TAGĦKOM UKOLL.

GRAZZI.

World Water Day

Links oħra li jitkellmu dwar World Water Day:

http://www.ewp.eu/3649/22-03-2012-world-water-day-2012-water-and-food-security/

http://en.wikipedia.org/wiki/World_Water_Day

http://waterday.org/



World Water Day

Din il-link t'hawn taħt turi x'ser jiġri nhar il-Ħamis 22 ta' Marzu f'Malta, f'World Water Day. Għall-membri tal-Ekoskola fittxu dwarha sew. Inħeġġeġ lil kulħadd studenti, għalliema u ġenituri biex jipparteċipaw fejn jistgħu. Hemm anke xi donazzjonijiet li nistgħu nagħtu. Ħafna pajjiżi ser jipparteċipaw f'mixja, Malta hija waħda minnhom. Jekk ma tistgħux tieħdu sehem, edukaw ruħkom ħa tkunu tafu iktar dwar l-ambjent ta' madwarna.


WORLD WATER DAY


Dustbins u pjanti

Għeżież studenti tal-Ekoskola:

Dan l-aħħar mort indur ftit għal dustbins u anke xi pots għall-pjanti. Jekk nistaqsu u nġibu għall-iskola kollha naħseb li niħduhom bi prezz tajjeb. L-aħjar li niddiskutuha fil-laqgħa li ġejja u nniżżlu l-prioritajiet li hemm bżonn.

Narakom nhar il-Ħamis. Skużawni li ma stajniex niltaqgħu nhar il-Ħamis li għadda.

Ms Azzopardi

Thursday, 1 March 2012

Punti li qed nosservaw

Għalkemm għamilna l-water hippos u qed naraw li ma nsibux vitijiet miftuħin, il-water meter matul dawn il-ġimagħtejn wera li qed jinħela iktar minn qabel. Matul dawn il-ġimagħtejn ħarġu dawn il-punti u għalhekk tajjeb li kulħadd jiprova jimxi ma' din il-gwida@

ARAW LI L-VIT QED TAGĦLQUH SEW U ĦUDU ĦSIEB IL-ĦELA


TINSEWX LI L-BINS IRRIDU NBATTLUHOM BĦALA KLASSI MHUX INQABBDU LIL TAL-EKOSKOLA JEW PURTINARI


ĦUDU ĦSIEB IKTAR KIF QED TIRRIĊIKLAW. TISSUES IMORRU FIL-BINS IN-NORMALI