Ekoskola Committee

Ekoskola Committee

Wednesday, 13 June 2012

13 ta' Ġunju 2012

Tomorrow the Ecoskola committee will be giving a talk to all the school about Waste Management and Saving Water. Please prepare your questions or comments, it is always important to ask and give your contribution.

Ecoskola Coordinator

Għada, il-kumitat tal-Ekoskola ser ilaqqa' lill-klassijiet kollha biex nitkellmu dwar L-Immmaniġjar tal-Iskart u l-Importanza tal-Ilma. Tistgħu tlestu xi mistoqsijiet jew kummenti. Tajjeb li nistaqsu u nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna.

Koordinatur tal-Ekoskola

Sunday, 3 June 2012

Preparazzjoni tal-Puppet Show fil-Media Room

Batterina - The Environment's New Hero

Din is-sena l-iskola tagħna ser tieħu sehem f'kompetizzjoni tal-batteriji.

X'inhi eżatt din il-kompetizzjoni?

Kull ma tridu tagħmlu huwa dan:

1. Iġbru kemm tistgħu batteriji - għandkom it-tliet xhur tas-sajf kollu biex tagħmlu dan. 

Il-Kumitat tal-Ekoskola ser iqassmu boroż apposta biex tqegħdu l-batteriji fihom.

2. Meta nerġgħu nidħlu f'Settembru għall-iskola, ġibu dawn il-boroż bil-batteriji magħkom.

MIN IĠIB L-IKTAR BATTERIJI JIDĦOL FIĊ-ĊANS LI JIRBAĦ RIGALI SBIEĦ BĦAL SONY  NOTEBOOK, SONY PLAYSTATION VITA U SONY DIGITAL CAMERA.

Barra li tkunu qed tgħinu lill-ambjent, tkunu qed tgħinu lill-iskola li tgawdu intom stess!!

Għal iktar informazzjoni fittxu fuq: http://www.batterina.net/competition.html

Ix-xogħol tal-Kumitat fl-Ekoskola

Ritratti ta' xogħol li qiegħed sir fil-kumitat tal-Ekoskola:















Tuesday, 29 May 2012

Puppet Show

Dawn huma xi ritratti tal-performance tal-Puppet show:






Monday, 28 May 2012

Ekoskola Puppet Show

Ħafna minnkom tafu li l-Kumitat tal-Ekoskola ħadem sabiex itella' Show qasira bil-puppets lit-tfal tal-Kindergarten. Hawnhekk għandkom idea ta' x'sar:







Sunday, 15 April 2012

12 ta' April 2012 - Talks lill-iskola

Għeżież studenti, għalliema u ġenituri,

Fl-aħħar laqgħa tal-Ekoskola li kellna, ddiskutejna l-importanza li kulħadd ikun jaf iktar dwar l-ambjent u l-użu tal-ilma. Għalhekk ħsibna li nibdew mill-iskola tagħna. Matul dawn il-laqgħat li ġejjin, ser nippreparaw  'talks' li ser nagħmlu lill-iskola iżda ninfurmawkom iktar fid-dettal fil-ġimgħat li ġejjin. Jekk hemm xi ideat li tixtiequ ttuna dwar dawn it-talks, bħal pereżempju ninkludu xi punti li taħsbu huma importanti, jew xi messaġġ li tixtiequ tgħaddu lil sħabkom dwar l-ambjent, inħeġġukom tibagħtu l-kummenti tagħkom bħas-soltu.

Grazzi - mit-tim tal-Ekoskola.