Il-Minuti tat-tliet laqgħat li ltqajna fihom s'issa:
1. Għażilna kumitat ġdid - dan kien jinkludi tfal minn tas-sena l-oħra u oħrajn ġodda.
2. Għażilna l-irwoli differenti tal-membri.
3. Iddiskutejna t-topiks li ser nagħżlu din is-sena: Inkomplu fuq l-ilma u l-iskart. Inżidu: Composting, Awareness/Involving the Community, Electricity
4. Tkellimna dwar x'ser nagħmlu fuq il-board tal-Ekoskola din is-sena.
5. Iddiskutejna kif ser nidħlu ħaġa waħda ma' Dinja Waħda - għażilna lezzjonijiet għal kull sena biex l-iskola tibda tipparteċipa iktar.
Jekk għandkom xi kummenti u ideat, bħas-soltu ejjew kellmuna u agħtu l-ideat tagħkom.
Grazzi,
Il-Membri tal-Kumitat
EkoSkola Qormi San Gorg
Merħba għall-blog tal-Ekoskola ġo Ħal Qormi San Ġorġ!
Thursday, 15 November 2012
Open Day f'Sant'Antnin Waste Treatment Plant
Nhar il-Ħadd 25 ta' Novembru, Sant'Antnin Waste Treatment Plant ser ikollhom 'Open Day' b'varjeta' ta' attivitajiet. Il-grupp tal-Ekoskola inħeġġukom tmorru biex titgħallmu aktar dwar is-separazzjoni tal-iskart u tipparteċipaw f'logħob ukoll!
Għal aktar informazzjoni araw din il-link:

Monday, 24 September 2012
Ekoskola 2012
Nixtieq ngħid lill-membri li jekk huma ma jixtiqux li joħorġu mill-grupp tal-Ekoskola, għandhom iċ-ċans għal sena oħra jibqgħu fih. L-elezzjonijiet se jsiru biss għal dawk li ma jixtiqux jibqgħu u għall-klassijiet tal-Year 1 bi studenti ġodda.
Jista' jkun li matul is-sena jkollna bżonn xi helpers u għalhekk ninnominaw xi studenti minn klassijiet differenti.
Grazzi tal-kooperazzjoni u l-entużjażmu lejn EkoSkola
Ms Azzopardi
Jista' jkun li matul is-sena jkollna bżonn xi helpers u għalhekk ninnominaw xi studenti minn klassijiet differenti.
Grazzi tal-kooperazzjoni u l-entużjażmu lejn EkoSkola
Ms Azzopardi
Saturday, 8 September 2012
Silver Award
Nissieħbu għal sena oħra flimkien!
B'unur nixtieq ngħidilkom li l-iskola tagħna - Qormi San Ġorġ, ħadet is-Silver Award fl-Ekoskola! Meta konna wasalna fl-aħħar laqgħat tas-sena, bħala kumitat iddeċidejna li napplikaw għall-Bronze Award, iżda f'dawn l-aħħar ġranet irċivejt li ħadna Silver Award minflok Bronze għax ħassew li ħdimna ħafna matul is-sena!
Waqt li ngħid prosit lil kulħadd - il-kumitat, Ms Pace, l-għalliema, l-istudenti u anke ġenituri, fis-sena li ġejja nixtieq li nkomplu naħdmu mhux biss biex inżommu Silver Award, iżda wkoll nippuntaw lejn il-Green Flag, l-aqwa Award li tista' tieħu l-iskola.
Grazzi mill-qalb!
Narakom ma ndumx!
Ms Azzopardi
Wednesday, 13 June 2012
13 ta' Ġunju 2012
Tomorrow the Ecoskola committee will be giving a talk to all the school about Waste Management and Saving Water. Please prepare your questions or comments, it is always important to ask and give your contribution.
Ecoskola Coordinator
Għada, il-kumitat tal-Ekoskola ser ilaqqa' lill-klassijiet kollha biex nitkellmu dwar L-Immmaniġjar tal-Iskart u l-Importanza tal-Ilma. Tistgħu tlestu xi mistoqsijiet jew kummenti. Tajjeb li nistaqsu u nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna.
Koordinatur tal-Ekoskola
Ecoskola Coordinator
Għada, il-kumitat tal-Ekoskola ser ilaqqa' lill-klassijiet kollha biex nitkellmu dwar L-Immmaniġjar tal-Iskart u l-Importanza tal-Ilma. Tistgħu tlestu xi mistoqsijiet jew kummenti. Tajjeb li nistaqsu u nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna.
Koordinatur tal-Ekoskola
Sunday, 3 June 2012
Preparazzjoni tal-Puppet Show fil-Media Room
Batterina - The Environment's New Hero
Din is-sena l-iskola tagħna ser tieħu sehem f'kompetizzjoni tal-batteriji.
X'inhi eżatt din il-kompetizzjoni?
Kull ma tridu tagħmlu huwa dan:
1. Iġbru kemm tistgħu batteriji - għandkom it-tliet xhur tas-sajf kollu biex tagħmlu dan.
Il-Kumitat tal-Ekoskola ser iqassmu boroż apposta biex tqegħdu l-batteriji fihom.
2. Meta nerġgħu nidħlu f'Settembru għall-iskola, ġibu dawn il-boroż bil-batteriji magħkom.
MIN IĠIB L-IKTAR BATTERIJI JIDĦOL FIĊ-ĊANS LI JIRBAĦ RIGALI SBIEĦ BĦAL SONY NOTEBOOK, SONY PLAYSTATION VITA U SONY DIGITAL CAMERA.
Barra li tkunu qed tgħinu lill-ambjent, tkunu qed tgħinu lill-iskola li tgawdu intom stess!!
Għal iktar informazzjoni fittxu fuq: http://www.batterina.net/competition.html
Subscribe to:
Posts (Atom)