Ekoskola Committee

Ekoskola Committee

Wednesday 13 June 2012

13 ta' Ġunju 2012

Tomorrow the Ecoskola committee will be giving a talk to all the school about Waste Management and Saving Water. Please prepare your questions or comments, it is always important to ask and give your contribution.

Ecoskola Coordinator

Għada, il-kumitat tal-Ekoskola ser ilaqqa' lill-klassijiet kollha biex nitkellmu dwar L-Immmaniġjar tal-Iskart u l-Importanza tal-Ilma. Tistgħu tlestu xi mistoqsijiet jew kummenti. Tajjeb li nistaqsu u nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna.

Koordinatur tal-Ekoskola

Sunday 3 June 2012

Preparazzjoni tal-Puppet Show fil-Media Room

Batterina - The Environment's New Hero

Din is-sena l-iskola tagħna ser tieħu sehem f'kompetizzjoni tal-batteriji.

X'inhi eżatt din il-kompetizzjoni?

Kull ma tridu tagħmlu huwa dan:

1. Iġbru kemm tistgħu batteriji - għandkom it-tliet xhur tas-sajf kollu biex tagħmlu dan. 

Il-Kumitat tal-Ekoskola ser iqassmu boroż apposta biex tqegħdu l-batteriji fihom.

2. Meta nerġgħu nidħlu f'Settembru għall-iskola, ġibu dawn il-boroż bil-batteriji magħkom.

MIN IĠIB L-IKTAR BATTERIJI JIDĦOL FIĊ-ĊANS LI JIRBAĦ RIGALI SBIEĦ BĦAL SONY  NOTEBOOK, SONY PLAYSTATION VITA U SONY DIGITAL CAMERA.

Barra li tkunu qed tgħinu lill-ambjent, tkunu qed tgħinu lill-iskola li tgawdu intom stess!!

Għal iktar informazzjoni fittxu fuq: http://www.batterina.net/competition.html

Ix-xogħol tal-Kumitat fl-Ekoskola

Ritratti ta' xogħol li qiegħed sir fil-kumitat tal-Ekoskola: