Ekoskola Committee

Ekoskola Committee

Tuesday 21 February 2012

Il-Minuti ta' Frar

1. L-ILMA

Iddeċidejna li għandna naħdmu ħafna fuq l-ammont tal-ilma li qed jinħela. Għalhekk:

a) Bdejna niċċekjaw meter tal-ilma. Nigel u Alessandro staqsew u sabu fejn qiegħed fl-iskola

L-ewwel reading kien: 0515745
It-tieni reading kien: 0518260
It-tielet reading kien: 0522777

Dan ifisser li bejn l-ewwel u t-tieni kien hemm differenza ta' 2515 u bejn it-tieni u t-tielet kien hemm 2258.

Biex naqas?

 b) Inqegħdu water hippos fit-toilets tal-iskola kollha. Dan ħadilna 2 sessions tal-Ekoskola meetings iżda kien riżultat tajjeb għax rajna differenza ċkejkna fl-ammont li qed neħlu.

Il-water hippos saru biex meta l-flushing jibda jimtela, bihom ma jimteliex sa fuq nett minħabba l-volum tal-ilma. Dan inaqqas l-ammont tal-ilma li jinħela u t-toilet xorta jitnaddaf sew.

ċ) Cleavan u Naomi jiċċekjaw il-vitijiet kuljum fiż-żewġ brejks biex jaraw isibux xi vit miftuħ. Ġieli sabu! u għalhekk...

d) Qed naħdmu wkoll biex nedukaw iktar lill-iskola - nibdew mill-istudenti, l-istaff u caretakers, iżda wara beħsiebna anke ninkludu lill-ġenituri.

2. RIĊIKLAĠĠ TAJJEB

a) Kuljum, Raiza u Leanne kif ukoll Larisa jduru l-klassijiet biex jiċċekjaw humiex jirriċiklaw tajjeb. Mhux dejjem qed isir u fil-fatt qed nieħdu xi ritratti.

b) Mikas u Kyle tkellmu mal-purtinari biex id-dustbin tal-karti nieħdu ħsiebu kull klassi li nbattluh.

ċ) Ordnajna dustbins biex jgħinuna iktar naqsmu u nirriċiklaw - karti, plastik u affarijiet oħra. Irridu nitkellmu wkoll mal-head sabiex nixtru compost bin.

d) Qed naħdmu wkoll biex nedukaw lill-iskola kif għidna f'tal-ilma.

3. Ma dawn nixtiequ wkoll insebħu lill-iskola. Iżda hawn għadna bżonn l-għajnuna tagħkom.


ĠIBU XI PJANTI JEW PINĠU XI POSTERS SABIEX NGĦALLMU DWAR L-ILMA U L-AMBJENT NADIF.


16 comments:

  1. This comment has been removed by the author.

    ReplyDelete
  2. Aw miss inti hemmek qeda????????????

    ReplyDelete
  3. iva ta. Imma daqt nitlaq. Jekk għandek xi kummenti iktibhom hawn Kyle. Ġewni xi ideat biex jekk nagħmlu l-bazaar ninkludu dawn l-affarijiet:

    1. Kafe u te

    2. Fruit Kebabs

    3. 2 kejkijiet tipi differenti

    4. pastizzi jew xi haga simili

    ReplyDelete
  4. San Gorg Primary 6.124 February 2012 at 04:29

    L'idea tieghi hi li jekk hu possibli ninstallaw vitien li jkunu bil pompa halli jinalqu wahidhom halli ma ikunx hemm helgha.

    Ryan Refalo 6.1

    Nedukaw lit-tfal dwar l-igenne fit-toilets.

    Ariana Pirotta

    Jekk hu dejjem possibli ninstallaw 'hand dryer'

    Oxana Camillieri 6.1

    L'idea tieghi hi dwar il-preservazzjoni tal-ilma billi naghmlu tankijiet fil-ground halli meta taghmel ix-xita nkunu nistghu nigbruh u nuzawh ghal bzonnijiet tal-iskola.

    Larisa Danilin

    ReplyDelete
    Replies
    1. Kyle stone (presedent)24 February 2012 at 11:33

      prosit kollha idejat tajjbin.

      Delete
  5. ideat tajbin hafna u thanks talli pparteċipajtu. Larisa dawn nieħdu nota tagħhom u naħdmu dwarhom.

    Dwar il-kumment ta' Oxana, għalkemm tkun idea tajba, irridu naħsbu wkoll li din ser teħli l-elettriku - filfatt konna semmejniha darba fil-laqgħa.

    ReplyDelete
  6. Biex insebbħu l-iskola nistgħu nixtru ammont ta' qsari (pots) kbar tal-plastic, inħawlu siġar endemiċi (eż. taċ-ċipress jew żebbuġ) u nqegħduhom mad-dawra tal-bitħa tal-iskola. Il-flus nistgħu niġbruhom billi pereżempju nagħmlu mixja f'Wied is-Sewda, ġewwa Ħal Qormi, u kull min jipparteċipa jħallas Ewro.

    ReplyDelete
  7. Din idea tajba. Il-biza tieghi hi li meta taghmel hafna xita jinfaqgh u bir-rih jaqghu (hemm xi idea kif nistghu norbtuhom?)

    Dwar fondi ghedna naghmlu bazaar fil-parents' day. Diga hemm xi parents li offrew jaghmlu bhal kejk jew anke kartolini biex inbieghuhom. Izda l-mixja ghogbitni hafna...inkomplu niddiskutuha fil-meeting li jmiss.

    ReplyDelete
    Replies
    1. Jekk il-qsari jkunu mtaqqbin ma jinfaqgħux u t-toqol tal-ħamrija stess iżżommhom milli jinqalbu. Id-dar għandi diversi siġar, fuq il-bejt, u s'issa qatt ma kelli problemi.

      Delete
  8. This comment has been removed by the author.

    ReplyDelete
    Replies
    1. Miss nistghu namlu gabra zghira mil-klassijiet ta' l-iskola bhal donazjoni.Nistghu nigbru 2euro u liem klassi tigbor l-iktar inthom flag.Min jigi itin ukoll.
      Jekk nigbru 20euro min kull klassi bizzejet

      Delete
  9. Tajjeb Kyle. Idea ohra kif nistghu nigbru ftit flus ghall-ispejjez. Tinsiex li rridu naghmlu xi prioritajiet kif issuggeriet il-head.

    ReplyDelete
  10. Miss Azzopardi nhar il hamis gejja il-head tarana

    ReplyDelete
  11. ok Kyle. Ma semmietli xejn s'issa. Thanks talli avżajtni

    ReplyDelete