Ekoskola Committee

Ekoskola Committee

Thursday 22 March 2012

22 ta' Marzu 2012

Illum kellna l-laqgħa tal-Ekoskola bħas-soltu u tellgħajna xogħol mhux ħażin. Iddeċidejna li nagħmlu priorita lil dak l-affarijiet li għandna bżonn fl-iskola.

1. Dustbins tar-riċiklaġġ fil-klassi (Grazzi għall-kap tal-iskola u l-coordinators, ser inġibu 3 bins għal kull klassi. Nispjegaw kif ser jinqassmu iktar tard).

2. Compost bin sabiex ngħinu l-ambjent iktar - qxur ta' frott u ikel jista' jitqiegħed ġo dan il-bin u jitħallat mal-ħamrija bħala nutrienti.

3. Nedukaw fl-iskola u l-madwar sabiex inkunu nafu iktar x'għandna nagħmlu biex ngħinu l-ambjent.

4. Pjanti biex inżejnu iktar l-iskola

5. Washers mal-vitijiet biex ma jkunx hemm iktar leaks u jonqos l-ammont ta' ilma li joħroġ.

6. Tank biex jinġabar l-ilma tax-xita.

Illum waħħalna wkoll xi banners madwar l-iskola u għamilna użu tajjeb minn kaxxi tal-kartun minflok użajna charts. Dan għandu jsir ukoll fil-klassi meta niġu għal xi krafts.

No comments:

Post a Comment